Raġel ta’ 48 sena tilef ħajtu wara li ntlaqat minn ambulanza fl-Imsida.
L-inċident seħħ illum, għal xi l-1700, meta għal xi raġuni raġel ta’ 48 sena residenti Bormla u Rumena ta’ 54 sena residenti San Pawl il-Baħar intlaqtu minn ambulanza li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 36 sena residenti ż-Żejtun.
Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku, fejn sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat li tilef
ħajtu fil-post filwaqt li l-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal aktar kura medika. Bħalissa qed tiġi operata u tinsab f’qagħda kritika.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat Antoine Agius Bonniċi li ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>