Lokali

“Il-Gvern Laburista ġab is-saħħa bil-ħlas; Il-PN iġib lilek l-ewwel” – Bernard Grech

“Il-Gvern Laburista ġab is-saħħa bil-ħlas.”

F’konferenza tal-aħbarijiet li saret quddiem l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech fakkar kif disa’ snin ilu, il-Gvern Laburista kien wiegħed sptar ġdid għall-Għawdxin, iżda din il-wiegħda mhux talli mar lura minnha, talli tħalla abbandunat ‘il bogħod minn investiment.

Bernard Grech qal li kienu propju l-qrati li kkonfermaw li dan kien deal frawdolenti, bil-Gvern ta’ Robert Abela qed jaħdem kontra l-poplu Malti u Għawdxi biex ma nġibux lura l-€400 miljun li nsterqu minn but in-nies.

Bernard Grech fakkar kif kien il-Partit Nazzjonalista li ħadem favur l-isptarijiet Maltin.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li minn dan kollu spiċċa jbati l-poplu Malti u Għawdxi.

Din il-konferenza tal-aħbarijiet ġiet indirizzata wkoll mix-Shadow Minister t’Għawdex, Alex Borg fejn qal li hemm differenza ċara bejn il-Gvern Laburista u l-Partit Nazzjonalista.