Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fid-diskors tiegħu f’Kerċem f’Għawdex, beda billi faħħar il-lokalità ta’ Kerċem, u lir-residenti tant ħabbrieka li jaħdmu tant biex iżommu dan ir-raħal fi stat tajjeb.
Bernard Grech kompla d-diskors billi kkumenta fuq id-differenza kbira fil-governanza bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalsita, speċjalment kif il-PN dejjem żamm lil Għawdex fiċ-ċentru tal-interess.
Il-Kap Bernard Grech qal kif il-Partit tal-Labour m’għandux pjan ċar ta’ x’ser jagħmel f’Għawdex, fejn din il-gżira prezzjuża kontinwament qiegħda żżid fit-traffiku u l-bini bla rażżan, fejn il-proġetti kollha li jsiru bla pjan u fl-interess ta’ sħabhom u għall-gwaddan personali tagħhom.
Bernard Grech għamel kuntrast għall-pjanijiet tal-Partit Nazzjonalista, fejn wieħed jista’ jsib il-proposti kollha fil-programm elettorali għal kull lokalità li kollha jitfgħu fiċ-ċentru lir-residenti tal-lokal. Huwa semma bosta proposti fosthom pjanijiet għall-aktar indafa, ġbir ta’ skart, kontroll tat-traffiku u sigurtà fit-toroq.
Huwa stqarrr kif il-Gvern Laburista biddel pajjiżna għal ġungla tal-konkrit, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista jrid jippreserva l-ħafna ġmiel naturali li għanda f’pajjiżna. Din hja prova ċara ta’ kif il-PN għandu viżjoni ċara għall-pajjiżna, bid-differenza mill-Gvern Laburista li jagħmel kollox bla pjan.
Bernard Grech tkellem kif il-kandidati għall-MEPs tal-Partit Nazzjonalista huma komessi li jwettqu l-preservazzjoni tan-natura anke fuq livell Ewropew, u jiġġieldu u jiksbu l-fondi li hemm bżonn biex pajjiżna jinżamm b’mod li jixraqlu.
Il-Kap Bernard Grech ikkonkluda d-diskors tiegħu billi għamel l-appell tiegħu lill-votanti biex fit-8 ta’ Ġunju jagħżlu lil Partit Nazzjonalista li jista’ joffri l-aqwa tmexxija mhux biss fix-xena lokali iżda anke jikseb dak li hemm bżonn għall-pajjiżna fuq livell Ewropew.
//= $special ?>