Fid-diskors tiegħu f’Kerċem f’Għawdex, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino beda d-diskors tiegħu billi jgħid kemm huwa kburi li l-Partit Nazzjonalista kien il-Partit li dejjem kellhu fl-interess tiegħu lil Għawdex u lill-Għawdxin.
Huwa kompla jgħid kif l-aħħar snin huma prova ċara ta’ dan, hekk il-Gvern tal-Labour abbanduna għal kollox lil din il-gżira tant prezzjuża. Is-Segretarju Ġenerali ġab eżempju bl-abbandun totali li tħallew il-vapuri tat-trasport bejn Malta u Għawdex.
Michael Piccinino semma ukoll l-istat gravi li tħalla l-Isptar Ġenerali t’Għawdex taħt it-tmexxija Laburista, u qal li kiku mhux bis-saħħa tal-Partit Nazzjonalista li ġġieled għall-Maltin fil-Qrati tagħna, dawn l-isptarijiet kienu jintilfu għal kollox.
Is-Segretarju Ġenerali żied kif il-Prim Ministru Robert Abela m’huwiex kunfidenti biżejjed fil-programm elettorali tiegħu, hekk kif wara stedina għall-intervistà fuq stazzjon lokali mal-Kap tal-Partit Nazzjonalist Bernard Grech, Abela rrifjuta l-istedina mingħajr ebda spjegazzjoni. Minn naħa l-oħra, Piccinino stqarr kif il-Partit Nazzjonalista mhux biss kburi bill-programm elettorali iżda kburi b’kull kandidat li għandu għal din l-elezzjoni.
Michael Piccinino kkonkluda d-diskors tiegħu biex għal darb’oħra stieden lil Robert Abela għal dibattitu mal-Kap Bernard Grech biex jagħtu stampa ċara ta’ kif il-programm tal-Partit Nazzjonalista huwa superjuri u għandu fiċ-ċentru lill-poplu Malti.
//= $special ?>