Lokali

Il-Partit Nazzjonalista għandu programm elettorali għal kull lokalità

Aħna għandna programm għal kull lokalità, għax kull lokalità għandha l-bżonnijiet tagħha.

Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalsita Bernard Grech waqt intervista li kellu mal-Professur Andrew Azzopardi.

Ritratt: Martin Agius

Dwar l-għoli tal-ħajja Bernard Grech spjega kif Gvern Nazzjonalista ma jitafx it-toqol tal-inflazzjoni fuq l-importaturi u is-sidien tal-ħwienet. Dan filwaqt li jghin lill-anzjani u lill-familji jġorru dan il-piż.

Spjega wkoll kif iż-żgħażagħ iħarsu lejn Gvern Nazzjonalista dwar temi bħall-ambjent, kif ukoll ir-rispett lejn l-istituzzjonijiet.

Bernard Grech saħaq li hemm bżonn investiment kbir fl-infrastrutura, la darba il-popolazzjoni f’ dawn l-aħħar snin splodit f’daqqa.

Intant, dwar min qed jissemma’ fl-Inkesta Vitals Bernard Grech qal illi dawn ma jistax ikun jitressqu l-Qorti Kriminali waqt li jibqgħu fl-irwoli li għandhom bħallissa mal-Gvern.

Ritratt: Martin Agius

Bernard Grech waqqa’ wkoll l-argumenti kollha tal-Labour, li prova jdawwar il-fatti dwar il-protesta li se ssir nhar it-Tlieta quddiem il-Qorti – organizzata mill-ogħla esponenti tal-Partit Laburista.

Il-Kap tal-PN sostna li jekk l-Aavukat Ġenerali għaddiet koppja tal-Inkjesta Vitals lil Prim Mnistru mela allura għandha tippublika l-Inkjesta ħalli kulħadd ikun jaf x’fiha.

Fl-istess intervista, Bernard Grech saħaq li l-Awtorità tax-Xandir hija instituzzjoni oħra li spiċċat maħtufa mil-Gvern ta’ Robert Abela, hekk kif il-Qorti sabet żbilanċ mhux biss fil-PBS imma anka fl-Awtorita tax-Xandir.

Ritratt: Martin Agius

Interessanti l-fatt li anke Robert Abela kien mistieden fuq l-RTK minn Andrew Azzopardi. Iżda l-Prim Ministru…qed jibqa’ jaħrab din l-istedina.