Fid-diskors tiegħu f’Kerċem f’Għawdex, il-kandidat għall-MEP’s f’isem il-Partit Nazzjonalista Peter Agius, beda d-diskors tiegħu billi rringrazja lill-Għawdxin tas-sapprot kontinwu, u ħeġġiġhom biex ikomplu jemmnu fis-sewwa.
Agius tkellem li jekk il-votanti jagħtu l-fiduċja lill-kandidati tal-Partiti Nazzjonalista, ikunu assigurati minn xogħol ta’ kwalità f’Għawdex, kif ukoll jassiguraw ruħhom li l-gżira tinżamm bil-mod li jixirqilha.
Hu kompla jistqarr kif il-Partit tal-Labour irrovina kollox mhux biss f’Malta, iżda anke f’Għawdex, fejn enfasizza speċjalment fuq l-istat diżastruż tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Agius qal kif fl-isptar hemm nuqqas kbir ta’ servizzi, apparrti li ma jinsabx fil-livell meħtieġ.
Peter Agius ikkonkluda billi għamel l-appell tiegħu lill-votanti, fejn qal li jekk il-poplu jagħti l-fiduċja lill-kandidati kollha tal-Partit Nazzjonalista, Għawdex jista’ jkollu futur mill-isbaħ.
//= $special ?>