Ġermaniż ta’ 49 sena wieġeb mhux ħati li stupra lil bintu li għad għandha 9 snin.
Il-prosekuzzjoni spjegat fil-Qorti illi l-Ħamis li għadda oħt l-allegata vittma qalet li trid tieħu ruħha b’idejha waqt li kienet fil-klassi, u għalhekk ittieħdet għandi il-guidance councillor. Oħt l-allegat vittma spjegat lill-guidance councillor li fil-jiem ta’ qabel kienet rat lil missierha jabbuża sesswalment lill-oħtha.
Wara din l-istqarrija xokkanti, il councillor kellmet ukoll lil vittma, li stqaret li kienet ġiet stuprata minn missierha fi tliett okkażjonijiet separati. Fid-dawl ta’ dan il-fatt, ġew mgħarrfa s-Servizzi għall-Protezzjoni tat-Tfal u l-Pulizija li minnufih arrestaw lill-missier.
Quddiem il-Maġistrat Anne Marie Thake, ir-raġel ġie akkużat bi stupru aggravat, b’żamma llegali tat-tifla, bit-twettir ta’ atti ta’ natura sesswali kontra l-volontà, li kkorrompa minuri u li kkawżalha biża fost oħrajn.
Minkejja li r-raġel wieġeb mhux ħati għall akkużi kontrih u ma talabx għall-ħelsien mill-arrest u għalhekk inżamm arrrestat.
//= $special ?>