Mara inqatlet wara li sfat attakkata b’sikkina fuq bajja popolari f’Bournemouth.
Il-mara ta’ 34 sena, sfat maqtula wara li kienet attakkata b’sikkina waqt li kienet fuq il-bajja ta’ Durley Chine f’Bournemouth. B’mara oħra ta’ 38 sena ssofri ġrieħi serji f’dan l-istess attakk.
L-attakk seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-11:45 ta’ filgħaxija. Bil-Pulizija minnufih jissejjħu fil-post fejn huma bdew bit-tfittxija għall-aggressur.
Kien sigħat wara illi l-Pulizija arrestat żagħżugħ ta’ 17-il sena minn Lancashire b’rabta ma’ dan il-każ, fejn huwa maħsub li kien hu l-allegat aggressur.
Il-bajja popolari, tinsab magħluqa għall-pubbliku sabiex isiru l-investigazzjonijiet tal-Pulizija.
Huwa mifhum li ż-żewġ nisa huma residenti ta’ Poole – villaġġ viċin il-baħar f’Bournemouth.
//= $special ?>