Għal sena oħra ġiet organizzata festa fjuri fl-Iklin, attività li saret sinonima mal-lokalità.
Matul din il-ġurnata kien hemm bosta attivitajiet differenti li inkludew taħdidiet pubbliċi dwar suġġetti varji relatati man-naturabħal tipi differenti ta’ fjuri li jeżistu f’Malta.
Kien hemm ukoll attivitajiet organizzati mill-għaqdiet tal-lokal fosthom l-Iklin Scout Group u Lija/Iklin Football Youth Academy.
Apparti dan, saret ukoll ‘Rokna għall-artisti’ fil-ġnien Ninu Cremona, fejn diversi artisti minn din il-lokalità esebixxew l-arti tagħhom, filwaqt li pittru xenarji relatati man-natura.
Net News tkellem mas-Sindku tal-Iklin, Dorian Sciberras fejn spjega iktar fid-dettall dwar din l-attività.
L-attivitajiet komplew għaddejjin matul il-ġurnata kollha, li waqthom kien hemm ukoll il-bejgħ ta’ diversi prodotti magħmulin bl-idejn, kif ukoll frott frisk. Matul il-ġurnata kien hemm ukoll banda u diversi artisti li taw spettaklu għal dawk preżenti.
Fi tmiem l-attività, il-fjuri li kien hemm ngħataw lir-residenti u lil dawk preżenti.
