Mosti jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Luqa, f’Ħal Qormi.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher illi raġel ta’ 34 sena residenti l-Mosta, intlaqat minn karozza tal-għamla Toyota Passo li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 30 sena residenti Bormla.
Fil-post isejjaħ tim mediku u ambulanza sabiex jagħtu l-ewwel għajnuna lir-raġel, fejn huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura. Ir-raġel ta’ 34 sena kien iċċertifikat illi sofra ġrieħi serji.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-10:30 pm.
Il-Maġistrat Antoine Agius ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>