Is-sewwieq ta’ Ferrari Charles Leclerc rebaħ il-Grand Prix ta’ Monaco għall-ewwel darba fil-karriera. Għal Leclerc din ir-rebħa hija aktar speċjali għaliex Monaco huwa l-post li trabba u jgħi fih. Il-ftuħ tat-tellieqa kien karraterizzat minn ħabta kerha bejn Sergio Perez, u s-sewwieqa ta’ Haas Nico Hulkenberg u Kevin Magnusse. Fit-tieni post daħal Oscar Piastri ta’ McLaren segwiet minn Carlos Sainz. Lando Norris u George Russel temmew fir-raba’ u l-ħames post rispettivament. Max Verstappen temm fis-sitt post segwit minn Lewis Hamilton, b’Yuki Tsunoda u Alex Albon ta’ Williams jidħlu fit-tmien u d-disa’ post, bi Pierre Gasly jtemm fl-għaxar post.
//= $special ?>