Frosinone ġew relegati għas-Serie B hekk kif fl-aħħar ġurnata tas-Serie A huma kienu megħluba minn Udinese, b’Empoli jirbħu lil Roma, biex b’hekk Frosinone ngħaqdu ma’ Sassuolo u Salernitana bħala t-timijiet relegati mis-Serie A għall-istaġun 2023/2024.
Friski mir-rebħ tal-UEFA Europa League, Atalanta għalqu l-Kampjonat bl-aħjar mod possibbli. Fis-26 minuta minn azzjoni ta’ Charles de Ketelaere kien GIANLUCA SCAMACCA li għeleb lil Luca Gemello biex poġġa lil Atalanta fil-vantaġġ. Fit-43 minuta kien ADEMOLA LOOKMAN, il-protagonista fil-finali kontra Bayer Leverkusen, għamel l-iskor 2 – 0. It-tielet gowl skorjat fil-71 minuta minn penalty mogħti minn MARIO PASALIC li għeleb lil Gemello 3 – 0.
SERIE A
Atalanta v Torino 3-0, Napoli v Lecce 0-0, Empoli v Roma 2-1, Frosinone v Udinese 0-1, Lazio v Sassuolo 1-1, Verona v Inter 2-2
//= $special ?>