Lokali

“Il-poplu jistħoqlu apoloġija mill-Prim Ministru”

“Il-pajjiż jistħoqlu apoloġija għall-attakk vili tiegħek fuq il-maġistrat Gabriella Vella.”

Dan qalu Andrew Drago, il-President tal-Għaqda Studenti tal-Liġi (GħSL) b’reazzjoni għal dak li seħħ illum, wara li l-MaltaToday ippubblikat il-konklużjonijiet tal-inkjesta maġisterjali.

“Illum Malta tista’ tifhem aħjar għaliex ir-rapport dam erba’ snin biex jiġi konkluż”, qal Drago fil-kummenti tiegħu.

“Ir-rapport fiħ elf mitejn u tmintax-il paġna. Issa kulħadd jista’ jara l-ammont ta’ provi, il-mijjiet ta’ xhieda u esperti li jidħlu f’inkjesta maġisterjali bħal din, u dan filwaqt li l-istess maġistrat kellha ‘l fuq minn disgħin inkjesta u dmirijiet ġudizzjarji oħra. Biex nibdew infiqu, jistħoqilna apoloġija.”