Lokali Saħħa

Joseph Muscat kien imwissi bil-ħadma tal-Vitals QABEL bdew imexxu l-isptarijiet

L-Eks Prim Ministru Joseph Muscat kien jaf li tal-Vitals ma kellhomx imexxu l-isptarijiet. Iżda hu u l-Gvern tiegħu baqgħu għaddejin b’dan id-deal.

Skont l-Inkjesta li ġiet illikjata mill-MaltaToday, joħroġ ċar li Muscat kien imwissi b’dak li kien għaddej. U apparti minn hekk, kienu Joseph Muscat, Schembri u Mizzi li orkestraw din il-ħadma. Kienu wkoll huma li mexxew id-deal minn idejn VGH għal għand Steward Healthcare.

L-Inkjesta tindika wkoll li Keith Schembri kien figura ċentrali li madwaru kienet iddur din il-ħadma kollha.

L-esperti imqabbdin mill-Qorti jikxfu kif Joseph Muscat kien ilu mill-bidu nett jaf b’dak li kien għaddej sa minn qabel beda jitħaddem dan il-kuntratt li wassal għas-serqa tal-isptarijiet.

Fil-fatt, l-Inkjesta tagħmel referenza għall-email li kienet ġiet żvelata minn Daphne Caruana Galizia.

Din l-email turi iswed fuq l-abjad li Vitals qatt ma kellhom jiġu involuti f’dan il-proġett. Bil-Vitals tiġi deskritta bħala kumpanija falza, mingħajr ebda kredenzjali biex tmexxi proġett ta’ dak il-kobor.

Muscat kien imwissi wkoll dwar id-daqqa fuq ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna, iżda l-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien għalaq għajnejh quddiem “ir-riskji serji” li kien se joħloq dan id-deal.

L-email ippubblikat minn Daphne Caruana Galizia