Waqt l-attività li saret il-Ħadd filgħodu, Bernard Grech kellu l-opportunità jitkellem ma’ diversi familji, anzjani u żgħażagħ li laqgħu lill-Kap tal-PN fil-Mellieħa.
Hu kien akkumpanjat minn diversi kandidati tal-Kunsilli Lokali u tal-Parlament Ewropew, li qed ikomplu jaħdmu biex jikkonvinċu aktar nies għall-elezzjoni tat-8 ta’ Ġunju li ġej.
Eżatt wara r-rally li sar taħt it-tinda fil-Pjazza tal-Mellieħa, Bernard Grech mar il-każin tal-banda ‘La Vittoria’ fejn kellu l-opportunità jiltaqa’ ma’ diversi Melliħin, u ddiskuta magħhom ix-xogħol li jsir fi ħdan din is-soċjetà.
Intant, matul il-ġimgħa li ġejja, se jibqgħu jitqassmu d-dokumenti tal-vot mill-għases tal-Pulizija u mill-Kunsilli Lokali.
L-early voting se jkun qed isir nhar is-Sibt li ġej.





