Lokali

Robert Abela jkompli jwiegħed wara li nesa lill-Għawdxin

Fid-diskors tiegħu fix-Xagħra, Robert Abela semma’ l-isfidi li qed jaffaċja l-poplu; iżda ebda soluzzjonijiet – bl-uniku messaġġ li kellu għall-partitarji tiegħu kienet il-frażi “l-establishment”.

F’Għawdex, il-Prim Ministru għamel referenza għall-proġett tal-Għadira, li dam xhur twal sakemm tlesta – minkejja li Abela stqarr li l-proġetti qed jitlestew f’ħin effiċjenti.

Semma wkoll li jrid li jwettaq diversi proġetti oħrajn, mingħajr ma semma x’inhuma dawn ix-xogħlijiet… u minkejja li hemm diversi proġetti li wiegħed, iżda ma wettaqx.

Robert Abela mbgħad għamael referenza għall-greylisting li daħħalna fih hu stess, iżda għażel li jattakka lil Bernard Grech.

Il-Prim Ministru temm id-diskors tiegħu billi implika li t-Tlieta – meta se jitressaq Joseph Muscat – mhuwiex jum importanti. Għaliex moħħu biss li jirbaħ l-elezzjoni ta’ ħmistax oħra, biex isalva ġildu.