Futbol Sport

Southampton jegħlbu lil Leeds fil-finali tal-Play Off u jiksbu l-promozzjoni għall-Premier League

Niżel is-separju fuq l-istaġun tal-futbol Ingliż 2023/2024 bil-finali tal-play off taċ-Championship, b’Southampton jegħlbu lil Leeds fil-partita deċiżiva bl-iskor minimu ta’ 1-0. Kien Adam Armstrong li skorja il-gowl deċiżiv fl-24 minuta wara pass ta’ Will Smallbone. Southampton irnexxielhom jerġgħu jagħmluha għall-Premier League wara li kienu relegati l-istaġun li għadda. B’hekk huma inagħqdu maċ-championis Leicester u Ipswich Town. Il-partita meqjusa minn ħafna bħala l-aktar partita li trendi flus, rendiet lil Southampton 140 miljun lira sterlina, wara li kisbu l-promozzjoni u għamlu r-ritorn tagħhom għad-dannu ta’ Leeds.