Sport Sport Ieħor

Tadej Pogacar jirbaħ il-Giro d’Italia

Wara 3400 kilometru intemmet l-Edizzjoni 2024 tal-Giro d’Italia. Il-21 stadju kien madwar Ruma għal medda totali ta’ 125 kilometru.Rebbieħ ta’ din l-edizzjoni is-Sloven Tadej Pogacar wara li fil-klassifika ġenerali baqa’ fl-ewwel post b’total ta’ 79 siegħa 14 il- minuta u 3 sekondi b’distakk vantaġġ ta’ 9 minuti u 56 sekonda fuq il-Kolombjan Daniel Felipe Martinez għal Bora Hansgrohe. Fit-tielet post il-Britanniku Geraint Thomas ta’ Ineos Granadiers. b’distakk ta’ 10 minuti 24 sekondi.

Il-21 stadju tal-Giro d’Italia li ma kellu ebda effett fuq il-klassifika ġenerali intrebaħ mill-Belġjan TIM MERLIER għal Soudel Quick Step li 2 sagħtejn 51 minuta 50 sekonda bi sprint fuq Jonathan Milan tal-Italja għal Lidl Trek, l-Awstraljan Koden Groves għal Alpecin il-Kolombjan Fernando Gaviria ta’ Team Movistar u l-Olandiż Tim Van Dijke għal Team Visma Lease a Bike.