Żewġt irġiel sofrew ġrieħi gravi u ieħor sofra ġrieħi ħfief waqt argument li seħħ fi stabbiliment tad-divertiment, f’Għawdex.
L-argument seħħ fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu għall-ħabta tas-2:00am fi stabbiliment li jinsab il-Munxar, Għawdex.
Numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija marru fil-post u minn investigazzjoni li saret irriżulta li kien qam argument bejn numru ta’ persuni. Dan filwaqt li tliet persuni li kienu fl-istabbiliment ġarrbu ġrieħi u kellhom jittieħdu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa.
Aktar tard, tnejn mill-irġiel, Malti u barrani, kienu ċċertifikati bi ġrieħi gravi filwaqt li r-raġel l-ieħor, barrani, kien iċċertifikat bi ġrieħi ħfief. Dan tal-aħħar qiegħed jassisti lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin.
//= $special ?>