Lokali

WARA LI ĠIET ŻVELATA L-INKJESTA: Skiet assolut mill-Eks Prim Ministru Joseph Muscat

Wara li ħafna nies spiċċaw jaqraw il-fatti li qed joħorġu mill-Inkjesta Vitals, tul il-jum spikka s-silenzju assolut minn naħa tal-Eks Prim Ministru Joseph Muscat. Dan, għall-kuntrarju ta’ dak li jagħmel issoltu, meta Muscat dejjem joħroġ b’saħħa kull darba li fil-gazzetti toħroġ xi storja fuqu.

Din id-darba Joseph Muscat iddeċieda li ma jirreaġixxi xejn għall-fatti li ġew ippubblikati mill-MaltaToday, li dalgħodu ħarġet il-proċess verbal tal-Vitals.

Muscat qed juża l-Facebook jum wara l-ieħor biex juri fejn qed jikkampanja; u ħafna drabi qed jirnexxilu jniżżel nies fit-toroq ferm aktar minn Robert Abela.

Iżda l-Ħadd, Joseph Muscat ma ħalla ebda post jew xi tip ta’ reazzjoni fuq il-media soċjali.

Intant, fl-istess waqt li Joseph Muscat inħeba kompletament wara r-rivelazzjonijiet tal-lum, martu Michelle qed tibqa’ jum wara jum tħeġġeġ lin-nies biex it-Tlieta jinżlu quddiem il-Qorti bħala appoġġ totali għall-Eks Prim Ministru.