Fuq barra tal-Qorti, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal lill-ġurnalisti preżenti li issa huwa ċar iktar minn qatt qabel li Robert Abela ilu tliet snin jaf tant li ħadem kontra l-interess tal-poplu u favur il-kriminali.
Bernard Grech qal li Abela ma jridx li l-Qorti tkun taf kemm verament kien involut f’dan id-deal frawdolenti.
Il-Kap tal-PN kompla jgħid li l-Partit Nazzjonalista se jkompli jaħdem favur din il-kawża sabiex jassigura li toħroġ il-verità kollha.
Mistoqsi dwar l-appelli li qed isiru minn esponenti Laburisti sabiex jinġabru quddiem il-Qorti, Bernard Grech appella lin-nies biex jafdaw fil-ġudikatura li qed tagħmel xogħolha.