Lokali

Il-Gvern Ingliż iwissi dwar il-protesti tal-partitarji Laburisti fil-Belt

Hekk kif għada l-Eks Kap tal-Partit Laburista Joseph Muscat mistenni jitressaq il-Qorti b’akkużi kriminali li jinkludu ħasil ta’ flus, frodi, korruzzjoni u assoċjazzjoni kriminali, il-Gvern Ingliż ħareġ twissija biex għada 28 ta’ Mejju kif ukoll l-Erbgħa 29 ta’ Mejju n-nies jevitaw il-Belt Valletta.

Fuq il-midja soċjali hemm diversi indikazzjonijiet li ħdejn il-Qrati tal-Ġustizzja fi Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta ser ikun hemm dimostrazzjonijiet u b’hekk in-nies għandhom jieħdu prekwazjonijiet. Dan wara li hu mistenni li diversi partitarji Laburisti ser imorru l-Belt biex jappoġġjaw lill-Eks Kap tal-Partit Laburista Joseph Muscat.

Intant fid-29 ta’ Mejju, Chris Fearne u Edward Scicluna se jidhru fil-Qorti Kriminali quddiem il-Maġistrat Leonard Caruana, hekk kif qed jiffaċċjaw akkużi ta’ frodi relatati mal-ftehim tal-isptarijiet.