“Il-kandidati kollha f’isem il-Partit Nazzjonalista se jkunu vuċi soda għall-poplu Malti u Għawdxi bil-għan li l-poplu jkollu kwalità ta’ ħajja aħjar f’pajjiżna.”
Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-kandidat għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew Louise Anne Pulis waqt attività politika li saret it-Tnejn filgħaxija, f’Ħaż Żabbar, bit-tema ‘Għalik’.
Waqt id-diskors tagħha hija qalet li fl-aħħar 11-il sena l-poplu sar biss numru u m’għadux prijorità għall-Partit Laburista. Hija saħqet li l-poplu jrid lura d-demokrazija fejn ma jsirux l-attakki fuq il-ġudikatura u fuq il-midja. Louise Anne Pulis qalet li l-poplu jrid servizz tas-saħħa effiċjenti fejn jiġu investiti l-flus u mhux jisirqu l-miljuni. Hawnhekk hija qalet li l-poplu jiġi l-ewwel għall-Partit Nazzjonalista u ħaqqu ferm aħjar.
Louise Anne Pulis fakkret li kien il-Partit Nazzjonalista li ġab it-tliet sptarijiet lura u għadu għaddej bil-ħidma sabiex jinġiebu lura l-€400 miljun li ntefqu f’dan id-deal frwadolenti.
Hija sostniet li l-Partit Laburista naqas milli jindirizza l-pjaga tal-għoli tal-ħajja b’kuntrast totali għall-Partit Nazzjonalista li ilu jressaq il-proposti għal xhur sħaħ. Hawnhekk, hija fakkret fil-proposti tal-Partit Nazzjonalista sabiex tkun indirizzata l-pjaga tal-għoli tal-ħajja, fost l-oħrajn li l-COLA ma tkunx intaxxata, li jkollna mudell ekonomiku ġdid ibbażat fuq il-kwalità minflok fuq il-kwantità, kif ukoll li jkun hawn Fond Nazzjonali li jgħin lill-importaturi kif ukoll l-esportaturi.
//= $special ?>