It-tensjoni hija evidenti. Fil-Labour hemm aktar minn fazzjoni waħda. U tal-qalba qed jibqgħu joħduha kontra kulħadd – anke kontra Laburisti ġenwini bħall-Eks Kunsillier Desmond Zammit Marmara.
Matul il-jum tat-Tnejn, is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti ħadha kontra wieħed minn tagħhom stess… illi appella biex il-votant ma jagħtix il-preferenza tiegħu lil-Labour.
Iżda Keith Azzopardi Tanti sostna li assolutament ma jaqbilx ma dak li qal Desmond Zammit Marmara.
Mistoqsi wkoll jekk iħossx li l-Prim Ministru għandux jiskuża ruħu għall-kummenti li għadda meta attakka is-sistema tal-ġustizzja… is-Segretarju Parlamentari telaq jiġri ‘l barra. Sakemm imbagħad infexx jattakka lil dan l-istazzjon.
Fl-aħħar sigħat, il-President tal-Għaqda Studenti tal-Liġi tenna illi issa…w ara li ħarġet lista twila ta’ provi… Malta tista’ tifhem aħjar għaliex ir-rapport dam erba’ snin biex jiġi konkluż. Għalhekk, “il-pajjiż jistħoqlu apoloġija għall-attakk vili fuq il-Maġistrat Gabriella Vella.”
//= $special ?>