“Dwari din l-Inkjesta ma sabet xejn. U lest inkompli niġġieled b’tsunami ta’ fatti.”
Hekk iddikjara Joseph Muscat meta ftit ilu reġa’ tfaċċa fuq Facebook, wara jumejn sħaħ jippjana t-tweġiba tiegħu għall-eluf kbar ta’ provi li ħarġu mill-Inkjesta Maġisterjali tal-Vitals.
F’video ta’ inqas minn ħames minuti, Muscat qal li din il-kawża se ddum.
Il-video kien preparat sal-inqas dettall, bl-Eks Prim Ministru jżomm id-diskors miktub kelma b’kelma quddiemu.
L-Eks Prim Ministru qal li mhemmx prova waħda, u insista li qatt m’għamel xejn ħażin. Iżda fl-ebda ħin ma ċaħad li kien jaf b’dak kollu li kien għaddej. Dan filwaqt li kkonferma (mill-ġdid) li ħa l-flus mill-konsulenzi li ta lil Accutor AG.
Joseph Muscat se jkun qed jidher quddiem il-Qorti għada filgħodu akkużati bi frodi, tixħim, korruzzjoni, ħasil ta’ flus u sehem f’organizzazzjoni kriminali.
Intant, hu irringrazzja lin-nies tal-appoġġ li se juruh għada n-nies.
//= $special ?>