Joseph Muscat kien fuq nett tal-qarnita mafjuża li mexxiet id-deal tal-isptarijiet. Bl-eks Prim Ministru deskritt bħala l-mandant ta’ dawn ir-reati serji.
Hekk stqarr il-President Onorarju tal-għaqda Repubblika, Robert Aquilina, meta preżenta lill-media il-provi li ħarġu mill-Inkjesta Vitals. Tant illi issa…hemm evidenza li torbot lill-akkużati ma’ din il-frodi enormi.
Fil-konferenza tal-aħbarijiet, sar appell qawwi biex jiġu appoġjati l-istituzzjonijiet li qed jaħdmu biex toħroġ il-verità.
Intqal ukoll illi Robert Abela kien ilu jaf mill-2021 li hemm din il-frodi, u xorta baqa’ jimpala il-miljuni. Bin-nutar Aquilina jgħid li din l-istorja hija tebgħa ta’ diżunur mhux biss fuq il-Prim Ministru ta’ pajjiżna iżda anke fuq il-Kummissarju tal-Pulizija.
Fil-fatt, Robert Aquilina saħaq li din il-konferenza kellha ssir milll-Kummisarju tal-Pulizija. Però, Angelo Gafa abdika minn dmirijietu.
Waqt il-konferenza issemmew ukoll tmien punti ta’ interess li ħarġu mill-Inkjesta Vitals; fosthom li dawk involuti f’dan ir-reat serqu l-flus anka minn fuq il-kura tal-kanċer, kif hemm persuni akkużati li tradew il-ġurnament tal-ħatra tal-uffiċji tagħhom, u kif il-kumpanija Accutor kienet il-vit ta’ flus lil Muscat, Mizzi u Schembri.
//= $special ?>