Manuel Cuschieri insista li xorta se jżomm il wegħda tiegħu u għalhekk għada fl-10am se jkun quddiem il-Qorti biex jagħti l-appoġġ tiegħu lil Muscat għal dak li hu qed isejjaħ l-ewwel jum tal-vendetta tiegħu.
Cuschieri sostna wkoll li għada se jkun qed iseħħ it-tieni frame-up fuq Joseph Muscat , liema frame-up skont Manuel Cuschieri sar bl-użu tal-istituzzjonijiet.
Minkejja li Robert Abela saħaq biex ikun hemm kalma hekk kif għada l-Eks Prim Ministru Joseph Muscat mistenni jitressaq il-Qorti b’akkużi kriminali li jinkudu ħasil ta’ flus, frodi, koruzzjoni u assoċjazzjoni kriminali, il-propagandist Manuel Cuschieri sostna li hu se jkun qed imur quddiem il-Qorti biex jagħti l-appoġġ tiegħu.
Ftit jiem ilu, Manuel Cuschieri appella lill-partitarji biex jinġabru barra l-Qorti biex jippoġġjaw lil Joseph Muscat, u llum fl-ebda ħin ma rtira dan l-appell.
Intant il-ġurnalist veteran Saviour Balzan saħaq li huwa inkwetanti li Manuel Cuschieri qed jitħalla jinfluwenza lin-nies favur raġel li żbalja bi kbir
//= $special ?>