Lokali

Net TV u Net FM b’aġġornamenti kontinwi mill-awla tal-Qorti waqt li jitressqu Muscat u sħabu

Ritratt: Martin Agius

Matul il-jum tat-Tlieta, Net Television u Net FM se jkunu qed iwasslu d-dettalji kollha marbuta mal-proċess li se jibda fil-Qorti dwar id-deal skandaluż tal-isptarijiet. Dan hekk kif se jitressqu Joseph Muscat, Konrad Mizzi, Keith Schembri u lista sħiħa ta’ esponenti Laburisti implikati f’din is-serqa ta’ miljuni mit-taxxi tal-poplu.

Net Television se jkun qed iwassal xandira mill-10am ‘il quddiem, b’analiżi mill-istudios u kollegamenti diretti minn barra l-Qorti. Matul il-jum se nkunu qed nispjegaw ukoll fid-dettall dak kollu li ħareġ mill-Inkjesta Vitals.

Net FM se jkun qed jaġġorna kull siegħa b’kollegamenti LIVE mill-Belt.

Is-sit NetNews.com.mt se jaġġorna lill-qarrejja minuta b’minuta, dwar dak kollu li jkun għaddej fl-awla. Dan filwaqt li fuq il-mezzi soċjali tagħna se nwasslu l-informazzjoni kollha b’mod sempliċi u bi spjegazzjonijiet li jkunu ċari – b’ritratti u filmati li jagħtu stampa ta’ dak kollu li jkun għaddej.

Apparti Muscat u sħabu, għada mistennija jitressqu anke nies bħal Brian Tonna u Karl Cini ta’ Nexia BT. Kif ukoll Adrian Hillmann u diversi oħrajn implikati f’dan l-iskandlu.

Il-każ se jinstema’ quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello.