Dalgħodu, il-Pulizija ntalbet l-assistenza tagħha wara li nstab raġel bla ħajja f’ġiebja vojta fonda madwar sular.
Il-Pulizija marru fil-post għall-ħabta tat-8:15am, f’għalqa li tinsab fil-limiti ta’ Triq Ħal Farruġ, is-Siġġiewi.
Minn stħarriġ li sar irriżulta li l-vittma huwa raġel ta’ 76 sena, residenti l-Imqabba. Ir-raġel x’aktarx li waqa’ fil-ġiebja.
Fil-post wasal ukoll tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu. Sfortunatament ir-raġel kien iċċertifikat mejjet.
Il-Maġistrat Ian Farrugia ħatar inkjesta, filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>