“Robert Abela jrid jiddeċiedi. Jekk l-inkjesta, kif qal hu stess dalgħodu, hija ġabra ta’ fatti, allura jaf jammetti li dawk li se jitressqu quddiem il-Qrati tagħna fil-jiem li ġejjin, se jitressqu għax dwarhom hemm fatti li juru aġir kriminali, jew inkella li l-inkjesta hi biss “konġentura” maħduma biex tħammeġ lil nies innoċenti”, hekk stqarr il-Partit Nazzjonalista.
Għalhekk Robert Abela għandu jieqaf bl-attakki kontinwi fuq il-Maġistrat tal-Inkjesta Vitals. Anke għaliex l-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija wrewh li l-Maġistrat għandha kull raġun tressaq lill-akkużati għax kienu huma li ħarġu l-akkużi fil-konfront tagħhom abbażi tal-evidenza li ġiet imressqa.
Il-Partit Nazzjonalista sostna li Abela tant hu mitluf jipprova jiddefendi dak li issa hu b’mod ċar indifensibbli, li qed jitfixkel fi kliemu stess.
Intant, f’nofs it-toroq tal-Belt Valletta qal lil Net News li għad għandu “fiduċja sħiħa” f’Edward Scicluna, li kien parti mill-akbar serqa lis-saħħa tal-Maltin.
//= $special ?>