Il-probabbiltà li jispiċċa l-kreditu fuq il-mowbajl tiegħek issa hija saħansitra inqas peress li Melita ssieħbet mal-Bank of Valletta biex il-klijenti jkunu jistgħu jagħmlu top-up mit-92 ATM tagħhom madwar Malta u Għawdex.
Dan il-proċess bla xkiel u faċli għall-utent, jippermetti lill-klijenti fuq top up plan ta’ Melita biex jagħmlu top-up fi kwalunkwe ħin — f’valuri ta’ €5, €10 jew €20 — billi jsegwu struzzjonijiet faċli fuq l-iskrin fi kwalunkwe ATM tal-BOV.
Il-Kap Uffiċjal Kummerċjali tal-Melita, Kevin Borg, qal: “Aħna impenjati li nipprovdu lill-klijenti tagħna servizzi konvenjenti u aċċessibbli. Is-sħubija mal-Bank of Valletta tippermettilna nespandu l-firxa tas-servizzi top-up tagħna u niżguraw li l-utenti jkunu jistgħu faċilment jibqgħu konnessi.”
Il-Head of Retail Network tal-BOV, Geoffrey Ghigo, laqa’ din il-kollaborazzjoni ma` Melita u l-possibbiltà li n-netwerk ta` ATMs tal-bank qed joffri din il-konvenjenza miżjuda lill-klijenti stmati ta’ Melita.
“Bi 92 ATM madwar Malta u Għawdex, il-BOV huwa ddedikat biex itejjeb l-aċċessibbiltà u s-servizzi disponibbli għall-komunità,” qal Ghigo.
Minbarra li jużaw l-ATMs tal-BOV, il-klijenti b’top up plan ta’ Melita jistgħu wkoll jagħmlu użu minn karatteristika ġdida oħra biex jiżguraw li qatt ma jispiċċaw mingħajr kreditu. Il-klijenti li jirreġistraw għal Auto Top Up permezz ta’ MyMelita jistgħu jiżguraw li l-kont tagħhom jiġi kkreditat f’ġurnata speċifika kull xahar.
//= $special ?>