Lokali

Argument b’sikkina bejn żewġt irġiel fil-5am fi stabbiliment f’San Pawl il-Baħar

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-5 am, il-Pulizija ġiet infurmata b’argument ġewwa stabbiliment, fi Triq il-Kavetta, f’San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija marru fil-post u mill-investigazzjoni rriżulta li kien qam argument bejn raġel mill-Bożnija u Ħerzegovina ta’ 39 sena residenti Birkirkara, u raġel ieħor li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa hekk kif ħarab mill-post. Waqt l-argument allegatament intużat sikkina.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.