Kmieni filgħodu – waqt li għajnejn il-pajjiż kollu kienu fuq il-Qorti – Robert Abela ħarab lejn Għawdex; eżatt fil-mument li fih Joseph Muscat, Keith Schembri, Konrad Mizzi u numru ta’ persuni oħra tressqu l-Qorti akkużati bl-involviment tagħhom fid-deal ta’ Vitals.
Fil-fatt, Abela tfaċċa fl-Imġarr Għawdex, imdawwar bi ftit nies, fejn il-Partit Laburista nieda l-prijoritajiet tiegħu għal Għawdex. Dan għamlu inqas minn ħmistax-il jum mill-elezzjonijiet Ewropej.
Min-naħa l-oħra, il-Partit Nazzjonalista ilu mill-bidu tal-kampanja li nieda l-prijoritajiet għal Għawdex, b’direzzjoni ċara favur l-Għawdxin, kemm għall-Kunsilli Lokali Għawdxin u anke d-direzzjoni li l-MEPs se jimbuttaw lejha favur il-poplu Malti u Għawdxi kollu.
//= $special ?>