Il-Malta Blackball Federation organizzat tournament speċjali fl-Anici Band Club li l-qligħ kollu tiegħu mar għall-Fondazzjoni Puttinu Cares. Il-ġbir ilu jsir xahar fejn il-klabbs tal-federazzjoni waqt il-logħob tal-leagues għamlu l-ġabriet rispettivi tagħhom, fejn flimkien magħhom u d-dħul mit-tournament li sar inġabret somma globali ta’ €1,350
Sadanittant, fil-finali li ntlagħbet, Johan Attard frisk mis-suċċess li kellu fl-IPA Tournament f’Coventry, għeleb lil Clayton Attard 3-1.
Fi stqarrija, il-federazzjoni sostniet li din kienet inizjattiva li kienet ilha tixtieq tagħmel għal diversi snin u fl-aħħar saret realtà. Fl-istess waqt, din l-attività se tiġi mniżżla fil-kalendarju annwali tal-federazzjoni sabiex tkompli tgħin lill-fondazzjoni Puttinu Cares.
//= $special ?>