Lokali

“Ir-reazzjoni ta’ Abela b’rabta mal-proċeduri ta’ Vitals hi waħda diżgustanti”

Kritika ma taqta’ xejn għar-reazzjoni ta’ Robert Abela b’rabta mal-proċeduri li għaddejjin fil-Qorti dwar id-deal frawdolenti ma’ Vitals.

Din id-darba ħareġ jikkritikah l-Editorjal tat-Times of Malta li bi kliem iebes qal li r-reazzjoni ta’ Abela hi waħda diżgustanti. Dan quddiem il-fatt li mill-bidu nett tas-saga, Abela ħareġ jattakka lill-ġudikatura u lil ġurnalisti li qed jagħmlu xogħolhom b’rabta mal-Inkjesta Vitals.

Ta’ min wieħed ifakkar kif l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali kien qal li Vitals qatt ma misshom ngħataw €4 biljun fid-deal tal-isptarijiet. Imbagħad, il-Qorti wissiet darbtejn li dan id-deal kien wieħed frawdolenti u kien hemm kollużjoni bejn il-Gvern Laburista u Vitals.

U issa, investigazzjoni li saret għall-Inkjesta Maġisterjali b’rabta ma’ Vitals sabet kif diversi persuni, inkluż membri fil-Gvern Laburista li ċappsu idhom mal-kriminali sabiex insterqu l-miljuni ta’ ewro.

Dan kollu seħħ taħt it-tmexxija Laburista, bil-Prim Ministru Robert Abela li kien jaf x’qed iseħħ mill-2021 u ħalla kollox għaddej.

L-Editorjal jevalwa s-sehem ta’ Muscat f’dan kollu. Jgħid li jekk Muscat verament ma kien jaf b’xejn, mela allura huwa inkompetenti. Jekk Muscat kien jaf imma m’għamel xejn, allura huwa kien kompliċ. Jekk Muscat kien jaf u kien involut magħhom, mela allura huwa korrott. Bl-istess raġunament ġie applikat ukoll għal Konrad Mizzi, Keith Schembri u dawk kollha li qed jiġu akkużati.