Lokali

Robert Abela jitkarrab għall-vot mill-partitarji tiegħu

F’diskors qasir ta’ 12-il minuta biss… Robert Abela kompla jitkarrab għall-għaqda, għall-vot u għall-fiduċja.

Waqt l-attività tal-Partit Laburita fil-Gżira… Robert Abela qal li t-8 ta’ Ġunju huwa jum li fih il-poplu għandu jagħti s-saħħa lilu biex ikompli jmexxi; minkejja l-iżbalji li għamel. U minkejja li hu stess kien ilu jaf mill-2021 bis-serqa tal-isptarijiet… li swietna miljuni ta’ ewro.

Minkejja li l-Partit Nazzjonalista ħareġ programm elettorali għal kull lokalità, Abela baqa’ jigdeb u jgħid li l-PN m’għandux manifest. Waqt li qal li dak li jimporta huwa t-8 ta’ Ġunju.

Dan id-diskors wasal fl-istess jum li fih l-Eks Prim Ministru Joseph Muscat, l-Eks Ministru tas-Saħħa Konrad Mizzi, u l-id il-leminja ta’ Joseph Muscat, Keith Schembri, tressqu l-Qorti fejn il-Maġistrat Rachel Montebello kkonfermat l-ordi ta’ ffriżar li ħarġet fuq l-akkużati.

Abela insista li l-Partit Nazzjonalista ta importanza kbira lil dan il-każ, hekk kif huwa evidenti li għalih… is-serqa tal-isptarijiet mhix importanti.

Il-Prim Ministru jqal li l-attivisti ġenwini qegħdin preżenti fil-Gżira madwaru – bla dubju ta’ xejn botta lil dawk lill-partitarji li niżlu l-Belt Valletta flimkien ma’ Manuel Cuschieri, Jason Micallef u Charlon Gouder.

Wara dan id-diskors, inkredibbilment, Abela baqa’ jitkarrab biex in-nies ikunu miegħu.