Lokali

“Jixraqlek aħjar minn Gvern li moħħu biex jiddefendi lil min serqek” – Bernard Grech

“Int jixraqlek aħjar minn Gvern li moħħu biex jiddefendi lil min serqek.”

Kien dan li qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalist, Bernard Grech permezz ta’ post fuq Facebook wara l-aħħar żviluppi li rajna b’rabta mal-Inkjesta Vitals.

Bernard Grech qal li kull individwu jixraqlu aħjar minn Prim Ministru li tant tilef il-kontroll li l-partitarji tiegħu stess marru jipprotestaw quddiem il-Qorti kontra r-rieda tiegħu stess. Prim Ministru li jmexxi Gvern li tant hu mifxul bil-problemi li kera hu stess biex jindirizza l-problemi li qed jaffettwaw lilek.

Kien għalhekk li Bernard Grech fakkar kif il-poplu Malti u Għawdxi jixraqlu politiċi li qegħdin hemm għalik u mhux għalihom infushom.

Huwa appella biex kull persuna ma tħallix lil dawn l-individwi jużawha biex jibqgħu jisirqu flus il-poplu kollu, jarmu isem Malta u jaħarbu bi flusna u bid-dinjità tagħna.