Il-President ta’ Franza, Emmanuel Macron, waqt żjara statali fil-Ġermanja, kompla jinsisti biex l-Ewropej ‘jistenbhu’ u jirreżistu l-influwenza tal-partiti estremisti tal-lemin…Partiti li hu fissirhom bħala theddida kbira għad-demokrazija u l-għaqda bejn l-Istati tal-Unjoni Ewropea.
Macron anki kritika lill-pajjiżi, membri tal-Unjoni Ewropea, li jaċċettaw il-fondi mingħad l-Unjoni anki waqt li huma qed jaħdmu kontra l-prinċipji demokratiċi.
U filwaqt li l-President Franċiż ma rreferiex għall-pajjiżi b’isimhom, l-osservaturi jemmnu li l-Polonja, l-Ungerija u anki Malta kienu ‘fil-mira ta’ dan il-kumment’.
Intant, Macron enfasizza r-rabtiet bejn Franza u l-Ġermanja, il-potenzi ewlenin tal-Unjoni, qabel l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew fejn il-partiti radikali tal-lemin mistennija jikkonfermaw iz-zidiet notevoli fl-appoġġ.
Min-naħa tiegħu, il-President tal-Ġermanja, Frank-Walter Steinmeier, faħħar lil Macron bħala protagonista wara l-iżvilupp tal-Ewropa u fejn irrepeta t-talba tal-President Franċiż għal politika waħda, Pan-Ewropea, għas-sigurtà u d-difiża tal-kontinent…Politika li, fl-istess ħin, tippermetti għal azzjoni konġunta rigward is-sigurtà interna.
//= $special ?>