Il-Kumitat Organizzattiv ta’ Pariġi 2024 żvela l-podiums għall-Olimpjadi, li se jsiru mis-26 ta’ Lulju sal-11 ta’ Awwissu, u l-Logħob Paralimpiku, li jsir mit-28 ta’ Awwissu sat-8 ta’ Settembru.
Il-podiums ġew ippreżentati fil-kwartieri ġenerali tal-Kumitat Organizzattiv f’Saint-Denis. Dawn il-podiums se jintużaw għal 329 ċerimonja tal-midalji fil-Logħob Olimpiku, kif ukoll 549 ċerimonja fil-Logħob Paralimpiku.
Il-podiums għandhom disinn ispirat mill-arkati tal-metall tat-Torri Eiffel maħluqa minn Gustave Eiffel, li wieħed jista’ jara fil-linji u l-kurvi li jżejnu l-faċċata tal-podju. Intgħażlu żewġ kuluri għall-podiums: griż għall-uċuħ, b’referenza għas-soqfa taż-żingu fl-orizzont ta’ Pariġi, u abjad imdardar biex jippermetti attenzjoni sħiħa fuq l-atleti.
Il-podiums għal Pariġi 2024 saru minn matrerjal riċiklat u ġew iddisinjati u manifatturati fi Franza fejn l-iqsar podium huwa ta’ 4 metri tul filwaqt li l-akbar li jintuża għal futbol fiħ 33 metru tul.
Iddisinjat bl-istess kunċett bħall-podju Olimpiku, il-podium Paralimpiku se jkollu rampa biex ikun aċċessibbli għall-atleti kollha.
//= $special ?>