Wara s-suċċess li kiseb fl-aħħar seminar tal-kickboxing, Master Noel se jorganizza seminar
ieħor għall-partijiet interessati din id-darba fil-lukanda Grandmaster suite Hilton, fis-6
Lulju bejn l-10 ta’ filgħodu u nofsinhar.
Għal dan is-seminar, Master Noel għall-ewwel darba stieden kickboxer Ingliż ta’ fama dinjija, Liam Harrison, magħruf bħala The Hitman.
Liam “The Hitman” Harrison (imwieled fil-5 ta’ Ottubru 1985) huwa ġellied Ingliż tal-welterweight
Muay Thai li bħalissa qed jiġġieled ma’ Bad Company (meta jkun ibbażat fir-Renju Unit) u
jitħarreġ f’Jitti Gym u Yokkao Training Centre f’Bangkok (meta jiġġieled fit-Tajlandja).
B’rekord ta’ Kickboxing fights b` total ta’ 118-il ġlieda, inklużi 91 rebħa li minnhom 50 kienu
b’knockout, 25 telfa u żewġ draws, Harrison għandu Top Titles and Championships li jinkludi 2014
WBC Muay Thai World Champion (147 lbs.), 2011 WBC Muay Thai International Champion (147
lbs.), 2007 – 2009 WMC Muay Thai Lightweight World Champion (61.5 kg.).
Bħalissa, Liam Harrison huwa kklassifikat fil-5 post fil-klassifika ONE Bantamweight Muay Thai.
Harrison għandu rebħiet notevoli fuq Muangthai P.K.Saenchai, Tetsuya Yamato, Malaipet
Sasiprapa, Mehdi Zatout, Andrei Kulebin, Anuwat Kaewsamrit, u Dzhabar Askerov.
Għalhekk biex jiġi evitat id-diżappunt, il-parteċipanti huma mistiedna jirriservaw posthom minn
qabel, peress li s-seminar se jkun miftuħ għall-istudenti kollha, irrispettivament mil-livell ta’
ħila, u fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel.
Għal aktar informazzjoni jew booking, il-parteċipanti huma mistiedna jikkuntattjaw lill-Master
Noel Mercieca fuq in-numru tal-mobile 7920 8283 jew permezz ta’ email fuq l-indirizz
elettroniku noelmercieca75@gmail.com.