Il-Partit Nazzjonalista jesprimi solidarjetà mal-ġurnalisti minn kmamar tal-aħbarijiet differenti li aktar kmieni llum kienu fil-mira ta’ intimidazzjoni barra l-Qorti.
Il-Partit Nazzjonalista dejjem emmen li l-ġurnaliżmu hu pilastru importanti fid-demokrazija ta’ pajjiżna, u għalhekk iħoss li dawn għandhom jitħallew jaħdmu. Fl-istess waqt, jirrikonoxxi l-ħidma siewja tal-ġurnalisti biex toħroġ il-verità bħalma ħarġet f’dan il-każ.
Kien biss grazzi għall-ħidma tal-ġurnalisti – ħidma mibdija mill-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia – li llum qed insiru nafu l-fatti kollha dwar il-korruzzjoni li wasslet biex il-Gvern Laburista ta lil Vitals u Steward €400 miljun minn flus il-poplu.
Il-Partit Nazzjonalista jistieden lil Robert Abela biex, bħal Bernard Grech u l-Partit Nazzjonalista, jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-ħidma tal-ġurnalisti kollha, partikolarment meta dalgħodu l-ġurnalisti kienu intimidati minn partitarji tiegħu stess.
//= $special ?>