Sport Sport Ieħor

Aidan Buttigieg u Marie Claire Aquilina jirbħu l-kategoriji tal-kbar fl-ewwel tiġrija tat-time trial

Aidan Buttigieg ta’ D Sports Lab u Marie Claire Aquilina tat-Team Greens bdew tajjeb fl-ewwel tiġrija  tal-Kampjonat Nazzjonali tat-Time Trial. Iż-żewġ kampjonati organizzati mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu, din is-sena qed jerġgħu jsiru fuq tliet tiġrijiet kull kampjonat. 

Aidan Buttigieg fir-ritorn tiegħu mill-Awstralja biex jiddefendi t-titlu li huwa rebaħ l-istaġun l-ieħor, spiċċa ddomina fil-Kategorija Elite, filwaqt li l-istess għamlet Marie Claire Aquilina li rebħet il-Kategorija riservata għan-Nisa’, liema tiġrijiet saru nhar il-Ħadd 26 ta’ Mejju 2024, fil-Coastroad is-Salini. Kull lap kienet ta’ 5km fejn l-Elite, l-Under 23, il-Masters, in-Nisa u l-Juniors ghamlu 4 Laps, metri l-kategoriji l-ohra ghamlu: l-Under 12’s (1 Lap), l-Under 14’s (2 Lap),  l-Under 16’s (3 laps).

Aidan Buttigieg spiċċa l-ewwel fl-Elite meta temm it-tiġrija tiegħu f’ħin ta’ 30:22.98, iktar minn żewġ minuti vantaġġ fuq John Camilleri ta’ B’Kara SJ (32:35.02). Fit-tielet post spiċċa Daniel Briffa wkoll ta’ B’Kara SJ (33:48.87). It-tiġrija tan-Nisa rriżultat f’waħda dominata minn ċiklisti tat-Team Greens, b’Marie Claire Aquilina tispiċċa l-ewwel f’ħin ta’ 38:39.69, vantaġġ ta’ 2 minuti u 13 il-sekonda fuq seħbitha Michelle Vella Wood (40:52.26). Fiona Tedesco wkoll tat-Team Greens spiċċat it-tielet (41:33.87).

Jacob Schembri ta’ Mosta CC rebaħ il-Kategorija Under 23 f’ħin ta’ 32:59.58. Warajh spiċċaw Luke Borg ta’ The Cyclist-Agones (33:48.26) u Clyve Chetcuti ta’ Mosta CC (35:13.48).

Il-Kategorija Masters 40+ ħareġ rebbieħ Luis Joaquin Rojas Guzman tat-Team Greens f’ħin ta’ 33:01.51. Warajh daħlu rispettivament Mark Zammit ta’ Mosta CC (33:39.93) u

David Cushing ta’ B’kara St Joseph (36:19.08). Stephen Grima ta’ D Sports Lab minn naħa tiegħu rebaħ il-Kategorija Masters 50+ f’ħin ta’ 38:41.92.

Matthew Galea ta’ Gozo CC rebaħ il-Kategorija tal-Juniors f’ħin ta’ 48:09.21, filwaqt li

Ryan Gatt ta’ The Cyclist-Agones rebaħ il-Kategorija tal-Under 16 Maskili f’ħin ta’ 29:15.71. Zia Fuji ta’ Shamrock Stars rebħet il-Kategorija tal-Under 14 tat-Tfajliet meta għamlet iż-żewġ dawriet tagħha f’ħin ta’ 21:42.65. Liam Daly ukoll ta’ Shamrock Stars rebaħ il-Kategorija tal-Under 14 Boys f’ħin ta’ 20:16.70. Amy St John ta’ Mosta CC rebħet il-Kategorija tal-Under 12 tat-Tfajliet f’ħin ta’ 13:24.23 mentri Ethan Cumbo wkoll ta’ Mosta CC rebaħ il-Kategorija tal-Under 12 Boys f’ħin ta’ 10:53.41.

Wara t-tiġrijiet, iċ-ċiklisti rebbieħa kienu ppreżentati bil-medalji minn Joe Bajada, Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu. It-tiġrija li jmiss ser tkun nhar il-Ħadd li ġej 2 ta’ Ġunju 2024, it-tieni waħda mill-Kampjonat tat-Triq. Din ser tinżamm fil-Bypass ta’ Ħaż-Żebbuġ u li ser tibda bl-ewwel tiġrija tat-tfal fis-7:30am. Kull lap hija ta’ 4.5km.