Lokali

Anzjan Għawdxi ta’ 61 sena fil-periklu tal-mewt wara li tilef il-kontroll tal-mutur


Raġel ta’ 61 sena qiegħed isofri ġrieħi serji wara li tilef il-kontroll tal-mutur, fix-Xewkija, Għawdex.

Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tad-21:30, meta raġel ta’ 61 sena residenti ż-Żebbuġ, Għawdex, għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur Honda CMX u nqaleb fi Triq l-Imġarr, ix-Xewkija, Għawdex.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat Simon Grech ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.