Lokali

Ebda appoġġ għal Chris Fearne barra l-Qorti

14-il persuna, żewġ kumpaniji u ditta legali llum se jkunu qed jitressqu l-Qorti Kriminali quddiem il-Maġisrat Leaonard Caruana fil-11:00. B’kuntarst għall-atmosfera li kien hemm ilbierah quddiem il-Qorti eżatt f’dan l-istess ħin, illum jidher baħħ kbir, hekk kif fil-post hemm biss il-ġurnalisti u l-Pulizija.

Dan hekk kif ħadd mill-esponenti tal-Partit Laburista ma ħeġġeġ lin-nies biex jinżlu juru l-appoġġ tagħhom lill-akkużati.

Dan huwa ta’ kuntrast kbir għal folla kbira li nġabret ilbieraħ quddiem il-Qorti meta tressqu Joseph Muscat, Konrad Mizzi u Keith Schembri fost oħrajn.