Chris Fearne wasal il-Qorti hekk kif illum flimkien ma’ 13-il persuna oħra, żewġ kumpanija u ditta legali se jkunu qed jitressqu quddiem il-Maġistrat Leonard Caruana akkużati bi frodi relatati mal-ftehim tal-Isptarijiet.
Fearne, kien milqugħ ftit aħjar minn Scicluna hekk kif kien hemm madwar 12-il persuna jagħtu l-appoġġ tagħhom lil Fearne. L-Eks Deputat Prim Ministru ma weġibx dwar min qed jigdeb, jekk hux hu jew Konrad Mizzi hekk kif Fearne kien qal li Mizzi ħadem minn wara dahar il-kabinett. L-Eks Deputat Prim Ministru deher ukoll li kien skomdu jwieġeb il-mistoqsjiet tal-ġurnalisti hekk kif il-pressjoni ta’ dawn l-akkużi kienet evidenti fuq wiċċu.
Fearne sostna wkoll l-integrità tiegħu minkejja li kien qal li d-deal tal-isptarijiet kien ‘ir-real deal’.
Intant, minkejja li numru kbir mill-membri tal-kabinett ħarġu għonqom biex jiddfendu lil Fearne ħadd minnhom ma mar quddiem il-Qorti biex juri l-appoġġ tiegħu. Preżenti kien hemm biss Jason Micallef li ma kienx il-Qorti minħabba Chris Fearne imma fuq każ ieħor li ma għandux x’jaqsam. Minn naħa tiegħu Jason Micallef ma weġibx għalfejn hu, Manuel Cuscheri u l-Avukat Charlon Gouder ma talbux lin-nies biex juru l-appoġġ tagħhom lil Fearne.
Jason Micallef kien akkumpanjat mill-Kandidat għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Daniel Attard.
L-Eks Deputat Prim Ministru flmkien mal-akkużati li se jitressqu llum huma fil-lista tat-tieni livell ta’ akkużi b’rabta mal-każ. Huma qed jiffaċċjaw ukoll akkużi ta’ miżaproprazzjoni. Minn naħa tiegħu, Fearne għadu ma rreżenjax minn Deputat Mexxej tal-Partit Laburista.
//= $special ?>