Lokali

Jasal il-Qorti l-Eks Ministru u llum Gvernatur tal-Bank Ċentrali Edward Scicluna

Wasal il-Qorti Edward Scicluna, li huwa l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali, li meta mistoqsi mill-ġurnalisti ta’ Net News għalfejn għadu ma riżenjax, ta x’jifhem li ma jħossx li għandu jirriżenja mill-kariga tiegħu.

Dan minkejja li hu qed jiffaċċja akkużi serji fosthom ta’ frodi b’rabta mal-privatizzazzjoni tal-isptarijiet kif ukoll miżapproprjazzjoni, u numru kbir ta’ organizzazjonijiet niżlu jipprotestaw sabiex hu jirriżenja hekk kif ir-rwol tiegħu qed jagħmel ħsara kbira lir-reputazzjoni ta’ pajjiżna.

Mistoqsi min qed jigdeb, jekk hux hu jew Konrad Mizzi, Scicluna għażel li ma jweġibx.

Il-pjazza ta’ quddiem il-Qorti għada vojta.