Wara jiem sħaħ jaħrab il-cameras tagħna, sa fl-aħħar tfaċċa. Dan huwa l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali, li għandu fuqu akkużi serjissimi b’rabta mas-serqa tal-isptarijiet.
Ma’ Net News, il-Professur Scicluna wera biċ-ċar li mhux se jirriżenja. Farfar din id-deċizjoni fuq l-Unjoni Ewropea u fuq il-Bank Ċentrali Ewropew għaliex fi kliemu stess “huma jridu jiddeċiedu” jekk jitlaqx mill-pożizzjoni tiegħu jew le.
Il-Prim Ministru ilu ġimgħat sħaħ jiddefendi lil Edward Scicluna, minkejja li ismu huwa implikat fid-deal skandaluż tal-isptarijiet. Iżda skont Robert Abela, il-Professur Scicluna għamel ġid kbir lill-pajjiż.
//= $special ?>