Lokali

Eġizzjan bi ġrieħi gravi wara argument b’sikkina ma’ Palestinjan fil-Ħamrun

Raġel ta’ 31 sena sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident fil-Ħamrun.

Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-18:30, meta għal xi raġuni nqala’ argument bejn Eġizzjan ta’ 31 sena residenti l-Ħamrun, u Palestinjan ta’ 57 sena residenti San Pawl il-Baħar. L-inċident seħħ fi Triq il-Mimosa, il-Ħamrun, fejn allegatament intużat sikkina.

L-Eġizzjan ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn
ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.