Sport

Il-Federazzjoni Maltija Lotta f’tournament fl-Albanija

Il-Federazzjoni Maltija Lotta ħadet sehem f’tournament internazzjonali f’Tirana, l-Albanija, organizzat mill-Federazzjoni Internazzjonali (UWW). Flimkien ma’ Malta, kien hemm fl-azzjoni lottaturi mill-Italja, il-Kazakhstan, il-Moldovja, ir-Rumanija l-Awstralja u l-Albanija.

L-Albanija, l-Awstralja u l-Kazakhstan ħadu sehem b’lottaturi li se jieħdu sehem fl-Olimpjadi ta’ Pariġi u użaw din il-kompetizzjoni bħala preparazzjoni.

Gary Giordmaina rebaħ midalja tal-bronż fil-57kg . Wara li tilef kontra lottaturi mill-Kazakhstan, Abzal u Dias għeleb lit-Taljan Carmine Caiazza bil-punti. Giordimaina kien minn taħt iżda wettaq rimonta konvinċenti biex ħareġ rebbieħ. Kienet it-tieni darba f’dan it-tournament fejn Giordimaina rnexxielu jirbaħ midalja. Huwa kien ippreżentat bil-midlja tal-bronż mill-President tal-Federazzjoni Maltija Lotta, Pierre Cassar.

Fil-karegorija 74kg, Nico Zarb kellu kumbattimenti kontra, Chermen Aliev li se jirrappreżenta l-Albanija fl-Olimpjadi; Luca Finizio mill-Italja; Assetov Dhozan mill-Kazakhstan; u Vasile Diacon mill-Moldovja. Minkejja li ma rebaħx, kellu wirja tajba l-aktar kontra Finizio fejn kien viċin li jieħu rebħa. Iż-żewġ lottatuti kienu assistiti mill-kowċ Nazzjonali Jesmond Giotdmaina, bit tim Malti spiċċat fis-seba’ post minn 11-il pajjiż.

Preżenti mal-kontinġent Malti kien hemm il-President Pierre Cassar li kellu laqgħat importanti mar-rappreżentanti Taljani u Albaniżi bi ħsieb li t-tim Malti jkollu taħriġ barra minn Malta.

Ir-refreree internazzjonali Abraham Vassallo kien inkarigat minn wieħed miż-żewġ tapiti fejn ukoll irrefja finali, fosthom taċ-Champion Ewropew tal-57kg, l-Albaniż Abakarov. 

L-Avveniment li jmiss għat-tim Malti ser ikun f’nofs Ġunju, f’Citta di Sassari, f’Sardegna l-Italja.