“Fil-Partit Laburista qed jikber l-għarfien li qed jitlef l-appoġġ, imma l-vapur maqbud wisq f’irjiħat u kurrenti differenti li mhux iħalluh ikun iffukat bi tmexxija soda u għaqlija biex toħorġu mill-maltemp u tqabbdu rotta ġdida għall-ġid tiegħu u tal-pajjiż.”
Hekk sostna l-Eks Ministru Laburista Evarist Bartolo kmieni dalgħodu f’post fuq Facebook. Huwa qal li l-Partit Laburista għandu problemi serji fit-tul, għax qed jitbiegħed u qiegħed ibiegħed minnu partijiet tas-soċjetà.
Hu tkellem dwar kif il-Partit Laburista huwa d-dar naturali għal dawk li għandhom l-iżjed dħul baxx u li m’għandhomx aktar mil-livell primarju u sekondarju ta’ skola, filwaqt li qed jitlef l-appoġġ ta’ dawk li għandhom dħul ta’ €2,000 u aktar fix-xahar, u li għandhom livell ta’ edukazzjoni postsekondarja u universitarja.
Evarist Bartolo żied jgħid li l-Partit Laburista kien jirbaħ l-elezzjonijiet meta kien jiġbed lejh il-ħaddiema u l-klassi soċjali li riedu livell tajjeb ta’ għixien f’Malta ħielsa, bi stat modern u bi drittijiet umani u ċivili. Hu saħaq fuq il-bżonn ta’ tmexxija soda u għaqlija.
//= $special ?>